Manchester City naqqsu d-distakk fil-quċċata tal-Premier League Ingliż għal ħames punti mil-leaders Arsenal b’rebħa ta’ 1-0 fuq Chelsea fi Stamford Bridge.
Iċ-champions renjanti batew fl-ewwel taqsima, tant, li ma ndirizzawx xutt wieħed lejn il-lasti avversarji.
Iżda fit-tieni taqsima, azzjoni bejn iż-żewġ sostituti li waslet fit-63 minuta, Riyad Marhez dawwar għal ġox-xibka l-cross ta’ Jack Grealish.
Fl-ewwel taqsima, Chelsea gawdew mill-inizjattiva minkejja li tilfu lil Raheem Sterling u lil Christian Pulisic minħabba li sofrew injury u kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta s-sotitut Carney Chukwuemeka ġie mċaħħad mil-lasta.
B’din it-telfa, Chelsea niżlu fl-għaxar post tal-klassifika u jinsabu wkoll għaxar punti ‘l bogħod minn post fil-UEFA Champions League.