Saturday, October 24, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Manchester City isofru l-ewwel telfa tal-istaġun

Premier League Ingliż: Manchester City isofru l-ewwel telfa tal-istaġun

0
62

Manchester City marru f’Villa Park u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 biex sofrew l-ewwel telfa, b’Nicolas Jackson jiskorja ż-żewġ goals biex it-team ta’ Unai Emery estenda s-sensiela mingħajr telfa għal seba’ logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha.

Aston Villa fetħu l-iskor fis-sitt minuta b’xutt qawwi ta’ Jackson mill-viċin.

Iżda Manchester City wieġbu fit-tieni taqsima permezz ta’ Erling Haaland (52), li skorja b’daqqa ta’ ras wara azzjoni minn free-kick.

Madankollu, Villa reġgħu marru fil-vantaġġ, fis-60 minuta, meta Jackson għeleb lil Gianluigi Donnarumma b’xutt fil-baxx. Il-goalkeeper tal-Villa, Zion Suzuki, kien strumentali b’diversi saves importanti, filwaqt li Ian Maatsen ikklerja daqqa ta’ ras ta’ Haaland minn fuq il-linja fatali lejn it-tmiem.

Din it-telfa temmet il-bidu perfett ta’ Manchester City fil-Premier League, hekk kif tilfu l-ewwel punti tagħhom wara seba’ rebħiet konsekuttivi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here