Friday, May 3, 2024

Manchester City jixħtu l-attenzjoni fuq Florian Wirtz

Aqra wkoll

Manchester City għadhom ma qatgħux qalbhom li jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Bayer Leverkusen Florian Wirtz. Dan il-plejer għandu 20 sena u hu meqjus bħala talent kbir fil-Ġermanja. Hu diġa’ deher 20 darba mat-tim nazzjonali filwaqt li lagħab 86 logħba mat-tim minn Leverkusen u skorja 16-il gowl.

Il-kowċ ta’ The Citizens Pep Guardiola jrid lil dan il-plejer akkost ta’ kollox minħabba li jarah sostitut ideali għal Kevin De Bruyne li ħafna drabi jkun imweġġa’.

Manchester City kienu diġa’ għamlu tentattiv li jakkwistawh fis-sajf iżda ma kienx irnexxielhom.

Sport