Manchester City ressqu offerta uffiċjali biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips, dan is-sajf.
Wara t-tħabbira uffiċjali tal-wasla ta’ Erling Braut Haaland fl-Etihad Stadium nhar it-Tnejn, issa huwa maħsub li Pep Guardiola qed joqgħod attent biex isib sostitut għal Fernandinho.
Huwa mifhum li ċ-champions Ingliżi jqisu lil Phillips bħala l-mira primarja tagħhom għall-bqija tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, għalkemm huma lesti li jiffaċċjaw kompetizzjoni minn clubs bħal Manchester United, Newcastle United, Aston Villa u West Ham United għall-firma tal-player ta’ 26 sena.