Wednesday, April 24, 2024

Fl-Italja: Qassis b’sentenza ta’ ħames snin ħabs fuq chats indiċenti mat-tfal

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Qassis Taljan ta’ 64 sena minn Caltavuturo li kien iservi fil-knisja parrokkjali ta’ San Feliciano Magione f’Perugia weħel ħames snin ħabs fuq prostituzzjoni ta’ tfal wara li kien iħallas għal servizzi sesswali online ma’ adoloxxenti ta’ 14-il sena. Din l-aħbar, li mhix l-ewwel u jidher li mhux se tkun tal-aħħar li ħarġet dwar skandli sesswali minn uffiċjali tal-Knisja, reġgħet telfet dell ieħor ikrah fuq l-istituzzjoni reliġjuża.

Bi ħlas miżeru ta’ €10, €20 jew l-aktar €30, Fr Vincenzo Esposito kien ikollu chats ta’ natura sesswali jew inkella xiri ta’ vidjows b’kontenut indiċenti ordnat apposta. Huwa kien arrestat f’Awwissu li għadda flimkien ma’ omm ta’ wieħed mill-allegati vittmi li mill-akkużi miġjuba kontriha jingħad li hija kienet titlob ħlas ta’ bejn €5 u €10 minn binha stess mill-flus li kien jaqla’ mingħand il-qassis predatur.

Jingħad li l-vittmi mira kienu f’sitwazzjoni ekonomika ħażina u kienu jużaw il-flus li jaqilgħu miċ-chats ma’ Esposito biex jew jixtru s-sigaretti, jew jaqtgħu xagħarhom, jew inkella biex sempliċiment joħorġu mat-tfajla tagħhom u jieklu pizza. 

Skont l-ordni ta’ kustodja ta’ prekawzjoni, dan il-qassis kien disponibbli l-ħin kollu għal dawn iċ-chats ma’ minuri inklużi qabel il-quddiesa jew eżattament wara li jkun ikkonċelebra funeral. 

L-avukat tad-difiża ta’ Fr Esposito diġà ħabbar li se jappella din is-sentenza ta’ ħabs. 

Sport