Sunday, May 5, 2024

Tottenham jidħlu fit-taqtiegħa ma’ Newcastle għal Lucas Paqueta?

Aqra wkoll

Newcastle United jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Tottenham Hotspur għall-firma tal-midfielder ta’ Lyon, Lucas Paqueta.

Il-player ta’ 24 sena impressjona għall-club mil-Ligue 1 matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 11-il goal u rreġistra seba’ assists f’44 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Minn dak iż-żmien ‘l hawn Paqueta kien marbut ma’ ċaqliq ‘il bogħod minn Lyon, bi Newcastle jagħmlu offerta rekord ta’ £50 miljun għall-player internazzjonali Brażiljan.

Sport