Saturday, May 4, 2024

Malcolm Ebiowei segwit minn Crystal Palace u Manchester United

Aqra wkoll

Crystal Palace jinsabu favoriti flimkien ma’ Manchester United fit-tellieqa biex dan is-sajf jiffirmaw liż-żagħżugħ ta’ Derby County, Malcolm Ebiowei.

Matul staġun turbulenti għar-Rams fil-ground u barra minnu, il-manager Wayne Rooney kien fil-biċċa l-kbira ristrett għal skwadra mimlija żgħażagħ u players ta’ esperjenza b’kuntratti għal żmien qasir.

Minħabba f’hekk, wieħed mill-ħafna players żgħażagħ li kellhom l-opportunità tagħhom fi Pride Park l-istaġun li għadda kien Ebiowei, li għamel 16-il dehra fiċ-Champinship matul l-istaġun, skorja goal wieħed u rreġistra żewġ assists.

Sport