Tuesday, May 14, 2024

Manchester City rebbieħa tal-Premier League 2021/2022

Jintemmu t-tamiet ta' Liverpool fl-aħħar kwarta hekk kif il-Blues dawru telfa f'rebħa

Aqra wkoll

Manchester City rebħu l-Premier League Ingliż meta ġew minn wara biex għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-2. 

Fil-verità kollox kien mitluf għas-Citizens meta kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals minn Matty Cash (37) u Philippe Coutinho (69) iżda goals minn Ilkay Gundo­gan (76, 81) u Rodri Hernandez (78) taw it-titlu lit-team immexxi mill-manager Pep Guardiola. 

Arsenal v Everton  – Arsenal għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 5-1 liema rebħa ma kienet tiswa xejn minħabba li Tottenham għelbu lil Norwich u b’hekk kienu Spurs li spiċċaw fir-raba’ post li jfis­ser kwalifikazzjoni fil-UEFA Champions League.

Il-goals waslu minn Gabriel Martinelli (27 pen), Edward Nketiah (31), Cedric (56), Gabriel Magalhaes (59) u Martin Odegaard (82) filwaqt li Donny van de Beek (45) wieġeb għal Everton. 

Brentford v Leeds – Leeds marru għand Brentford u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex salvaw posthom fil-Premier League. 

Kien Raphinha (56 pen) li fetaħ l-iskor għall-Peacocks iżda Sergi Canos (78) kiseb id-draw għal Brentford li żewġ minuti wara ntwera t-tieni karta safra u tkeċċa.

Madankollu Jack Harrison (93) skorja l-goal tar-reb­ħa għal Leeds. 

Brighton v West Ham – Brighton laqgħu lil West Ham u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Joe Veltman (50), Pascal Gross (80) u Danny Welbeck (92) wara li Michail Antonio (40) fetaħ l-iskor għall-Hammers. 

Burnley v Newcastle – Burnley kienu t-tielet team li safa relegat meta f’darhom sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1. Iż-żewġ goals ta’ Newcastle skorjahom Callum Wil­son (20 pen, 60). 

Chelsea v Watford – Chelsea kellhom jitħabtu biex għelbu lil Watford bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal tar-rebħa jasal minn Ross Barkley (93) wara li Dan Gosling (87) kiseb id-draw temporanju għall-Hornets. Kien Kai Haverts (11) li fetaħ l-iskor għal  Chelsea.

C. Palace v Man Utd – Crystal Palace għelbu lil Manchester United b’goal uniku ta’ Wilfred Zaha (37) iżda r-Red Devils ikkwali­fikaw fil-UEFA Europa Lea­gue minħabba li West Ham sfaw megħluba. 

Leicester v Southampton – Leicester ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 4-1 bl-iskorers ikunu James Maddison (50), Jamie Vardy (74) u doppjetta minn Ayo­ze Perez (81, 93). James Ward-Prowse (79 pen) skorja għas-Saints. 

Liverpool v Wolves – Li­verpool dawru telfa f’reb­ħa biex għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 3-1. 

Kien Pedro Neto (3) li fetaħ l-iskor għal Wolves iżda Sadio Mane (24), Mohamed Salah (84) u Andy Robertson (89) taw ir-rebħa lil Liverpool li ma kienet tiswa xejn għar-rebħ tat-titlu.

Norwich v Tottenham – Barra minn darhom Tottenham għelbu lil Norwich 5-0 b’goals minn Dejan Kulusevski (16, 64), Harry Kane (32) u Son Heung-Min (70, 75). 

Salah u Son rebħu flim­kien l-unur tal-aqwa skorer bi 23 goal kull wieħed. 

Sport