Thursday, December 19, 2024

Manchester City viċin li jiffirmaw tliet players ta’ klassi mondjali?

Aqra wkoll

Wara li Manchester City irreġistraw Treble storiku hekk kif rebħu l- UEFA Champions League, il-Premier Lea­gue u l-FA Cup, kulħadd antiċipa li min­ħabba din il-kisba kbira, il-coach Pep Guardiola ma jibqax motivat kif kien qabel minħabba li rebaħ kollox matul il-ħames snin fir-res­ponsabbiltá tat-team.  

Barra minn hekk  kulħadd qed jistaqsi kif jista’ jtejjeb l-iskwadra tiegħu meta fiha għandu żewġ timijiet … bis-sostituti jkunu tajbin daqs il-players regolari. 

Filwaqt li l-midfielder Ġermaniż, Ilkay Gundogan, ħabbar li se jitlaq lill-club u rapporti qed isostnu li l-midfielder Portugiż, Bernardo Silva, jista’ jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija … Guardiola xeħet l-interess tiegħu fuq tliet players fenomenali. 

Dawn m’huma ħadd ħlief id-difensur Kroat Josko Gvardiol (RB Lepzig), il-midfielder Ingliż Declan Rice (West Ham), u l-attakkant Franċiż Kylian Mbappe (Paris St-Germain).

Ħafna opinjonisti qed isostnu li jekk Manchester City verament jirnexxielhom jakkwistaw lil dawn it-tliet players, allura l-Premier League se jkun purċissjoni.

Filwaqt li Arsenal ilhom jiġru wara l-firma ta’ Rice minn Jannar li għadda, huma kellhom tliet offerti miċħuda minn West Ham minħabba li t-talba tal-Hammers hija £100 miljun. 

Biż-żmien għaddej, issa daħlu fit-taqtiegħa Manchester City u l-ewwel offerta tagħhom kienet proprju £100 miljun bit-taħdidiet għaddejin fl-aqwa tagħhom. 

Fil-każ ta’ Mbappe, jidher li se jħalli lill-club Franċiż u b’Real Madrid qed juru interess qawwi iżda għadhom kif nefqu €130 miljun għal Jude Bellingham mingħand Borussia Dortmund, is-Citizens jinsabu f’pożizzjoni finanzjarja ferm qawwija u qed jingħad li fil-jiem li ġejjin se jressqu l-offerta tagħhom. 

Fil-każ ta’ Gvardiol, l-offerta ta’ £90 miljun tal-club Ingliż ġiet aċċettata minn Leipzig.   

Ekonomija

Sport