Wednesday, April 24, 2024

Manchester United fiċ-Champions League

Aqra wkoll

Manchester United kisbu post fiċ-Champions League b’rebħa komda ta’ 4-1 fuq Chelsea f’Old Trafford.

Kien Casemiro (6) li fetaħ l-iskor bir-ras, b’Anthony Martial (45+5) jirdoppja minn pass ta’ Jadon Sancho. Imbagħad kien Bruno Fernandes (73) li għamilhom tlieta minn penalty wara li ġie iffawljat minn Wesley Fofana.

U żball ieħor ta’ Fofana ra lil Marcus Rashford (78) jiskorja r-raba’ qabel il-konsolazzjoni tard ta’ Joao Felix (89) għall-Blues, li sofrew it-tmien telfa f’10 logħbiet taħt Frank Lampard u b’kollox is-16-il waħda f’kampanja ddisprata.

Sport