Sunday, May 5, 2024

Mats Hummels se jġedded ma’ Borussia Dortmund

Aqra wkoll

Hekk kif il-belt ta’ Dortmund qed tistenna bil-ħerqa l-konfront ta’ nhar is-Sibt li ġej li Borussia se jilagħbu kontra Mainz bit-tama li jirbħu t-titlu tal-Bundesliga wara nuqqas ta’ 11-il sena, jidher li l-aħbarijiet pożittivi ma jistgħux jonqsu.

Fil-fatt il-leader tat-tim Mats Hummels ħabbar li se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim li jilgħab fis-Signal Iduna Stadium. Hu ġedded il-ftehim tiegħu mal-klabb għal staġun ieħor.

Hummels għandu 34 sena u lagħab fi tliet perjodi differenti ma’ Borussia Dortmund għalkemm kellu esperjenzi wkoll ma’ Bayern Munich.

Sport