Manchester United se jibgħatu scouts biex isegwu lil Amadou Haidara waqt iż-żewġ logħbiet li jmiss ta’ RB Leipzig, bil-ħsieb ta’ mossa potenzjali ta’ Jannar għall-internazzjonali tal-Mali.
Ralf Rangnick, li nħata bħala l-manager temporanju tal-club Ingliż għall-bqija tal-istaġun, identifika lil Haidara bħala mira tax-xitwa, bil-Ġermaniż mistenni li jingħata fondi biex itejjeb l-iskwadra fil-bidu tal-2022.
Man United qed jippjanaw li jsegwu lil Haidara fiż-żewġ logħbiet li jmiss ta’ Leipzig kontra Union Berlin fil-Bundesliga nhar il-Ġimgħa u Manchester City fiċ-Champions League il-ġimgħa d-dieħla.
Rangnick iffirma lill-player ta’ 23 sena għal Leipzig mingħand Red Bull Salzburg fl-2018, u huwa kien player ewlieni għall-club Ġermaniż tiegħu mill-wasla tiegħu, u għamel 100 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, Haidara huwa maħsub li għandu klawsola ta’ release ta’ £33m fil-kuntratt tiegħu, li jfisser li r-Red Bull jistgħu jitħabtu biex iżommuh is-sena d-dieħla.
Il-midfielder skorja tliet darbiet fi 17-il dehra f’livell ta’ club dan l-istaġun, fosthom erba’ dehriet fiċ-Champions League.