Sunday, December 5, 2021

Manchester United isewgwu mill-qrib fuq Franck Kessie u Marcelo Brozovic

Aqra wkoll

Manchester United qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq Franck Kessie ta’ AC Milan u Marcelo Brozovic ta’ Inter qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Ir-Red Devils tħabtu f’nofs il-ground dan l-istaġun, u l-manager Ole Gunnar Solskjaer huwa maħsub li jinsab frustrat li midfielder ġdid ma ġiex iffirmat matul is-sajf.

Ir-Red Devils jistgħu jkunu impenjati fit-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa, hekk kif serje ħażina ta’ riżultati ħalliethom disa’ punti distakk minn mal-leaders Chelsea fil-klassifika tal-Premier League.

Kessie, li se jkun bla kuntratt ma’ AC Milan fis-sajf li ġej, qed jitqies bħala mira, għalkemm Man United ikollu kompetizzjoni minn numru ta’ clubs għall-Ivorjan.

Intant, qed jiġi allegat li t-team immexxi minn Solskjaer jisnab ħerqan li jiffirma lil Brozovic, li jista’ jkun disponibbli bi ħlas bi prezz imnaqqas f’Jannar, bil-ftehim tiegħu ma’ Inter se jiskadi f’Ġunju li ġej.

Barcelona, ​​Tottenham Hotspur u Paris Saint-Germain huma wkoll fost il-clubs li għandhom jiġu kkreditati b’interess fiż-żewġ midfielders qabel il-ftuħ tat-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa.

Sport