Wednesday, April 24, 2024

Ifittex lil min iħaddmu wara li tnaqqsulu 42ċ mill-paga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xufier ta’ ferrovija fil-Ġappun se jkun qiegħed ifittex lil min iħaddmu wara li tnaqqsulu €0.42  mill-paga minħabba li kkawża dewmien qasir waqt wieħed mill-vjaġġi rinomati għall-puntwalità fil-pajjiż.

Il-kumpanija tal-ferroviji JR West naqqset dawn iċ-ċenteżmi mill-paga tal-impjegat tagħha wara li fl-2020 kkawża dewmien ta’ minuta fl-operat tas-servizzi tagħha. Dan wara li skont il-kumpanija kien hemm minuta li fiha ma saret l-ebda ħidma mill-impjegat tagħha.

L-impjegat issa qiegħed ifittex lill-kumpanija għal total ta’ €16,798 f’danni morali.

Skont rapport fil-midja Ġappuniża ntqal li l-impjegat kien skedat isuq ferrovija battala lejn l-istazzjon ta’ Okayama, iżda wasal pjattaforma oħra meta kellu jibdel mal-kollega tiegħu.

Is-sistema tal-ferrovija fil-Ġappun hija rinomata għas-servizz puntwali tagħha. Fl-2017 kumpanija partikolari ħarġet apoloġija wara li wieħed mill-ferroviji tagħha telaq 20 sekonda qabel l-iskeda.

Sport