Tuesday, April 23, 2024

Liverpool jibagħtu scouts isegwu mill-qrib lil Federico Chiesa u lil Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Liverpool bagħtu scouts jaraw mill-qrib lill-winger ta’ Juventus Federico Chiesa u lill-attakkant ta’ Fiorentina Dusan Vlahovic fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Ir-Reds ġew marbuta maż-żewġ players qabel it-tieqa ta’ trasferimenti ta’ Jannar hekk kif qed ifittxu li jkomplu jsaħħu l-attakk tagħhom.

Chiesa u Vlahovic kienu t-tnejn fil-ground nhar is-Sibt meta Juventus iġġieldu għal rebħa tard ta’ 1-0 fuq Fiorentina fl-Allianz Stadium.

Huwa mifhum li fl-istands kienu preżenti l-iscouts ta’ Liverpool, bi Vlahovic – li se jinbiegħ mill-Viola is-sena d-dieħla – jingħad li huwa l-fokus ewlieni tal-attenzjoni tagħhom.

Madankollu, ir-Reds se jiffaċċjaw kompetizzjoni intensa għall-internazzjonali Serb hekk kif ir-rivali domestiċi Tottenham Hotspur, Arsenal u Manchester City kollha ġew marbuta għas-servizzi tiegħu, l-istess kif għamlu Juventus.

Vlahovic diġà skorja tmien goals f’10 logħbiet tas-Serie A dan l-istaġun wara li skorja 21 darba fl-istess kampjonat fl-istaġun li għadda.

Sport