Tuesday, May 14, 2024

Manchester United jagħtu ultimatum lill-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong

Aqra wkoll

Manchester United taw ultimatum ta’ trasferiment lill-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong, bil-club irid ikun jaf jekk għandux ċans li jiffirmah dan is-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena reġa’ kien player importanti għall-club Katalan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 46 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra erba’ gowls u ħames assists fil-proċess.

De Jong għad fadallu aktar minn erba’ snin fil-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou, iżda kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu matul l-aħħar ġimgħat.

Sport