Saturday, May 4, 2024

Tfittxija għal irġiel li rabtu raġel u serqulu ammont ta’ flus minn garaxx f’Birkirkara

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-7:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa fi Triq Karm Żerafa, Birkirkara. 

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara u tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li tliet irġiel mgħammda u armati b’armi tan-nar daħlu f’garaxx, li dak il-ħin fuq ġewwa kien hemm raġel ta’ 53 sena. 

Jidher li l-aggresssuri rabtuh minn idejh, serqu ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u ħarbu minn fuq il-post. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jagħti l-għajnuna lill-vittma minħabba li kien qiegħed isofri minn xokk. 

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett u mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

Sport