Friday, May 3, 2024

Manchester United jidħlu fit-taqtigħa għal Pierre-Emerich Aubameyang

Aqra wkoll

Meta fadal ħamest ijiem biex jagħlaq is-suq tat-trasferimenti, Mancheter United daħlu fit-taqtigħa ma’ Chelsea biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali ta’ Gabon u Barcelona, Pierre-Emerich Aubameyang.

Ir-Red Devils kienu qed jinsistu biex jakkwistaw lill-ex player tagħhom, Memphis Depay,  għal €10 miljun iżda l-Katalani ddeċiedew li se jżommuh.

Min-naħa tagħhom, Chelsea dehru viċin li kienu se jiksbu l-firma tiegħu.

Iżda wara li Ajax irrifjutaw l-offerta ta’ €90 miljun għall-attakkant internazzjonali Brażiljan, Antony, issa l-United daru fuq Aubameyang u se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jiksbu l-firma tiegħu.  

Sport