Friday, April 19, 2024

VENTI MUSIC FESTIVAL … kunċert bla ħlas għall-familja kollha f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Sa mit-twaqqif tagħha il-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi tat ħajja soċjali lill-kultura f’Ħal Qormi. Għal dan il-għan bil-kollaborazzjoni tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Għaqda Armar San Sebastjan u Għaqda tan-Nar San Sebastjan ser ikunu qed jorganizzaw kunċert Mużikali bl isem – VENTI MUSIC FESTIVAL nhar is-17 ta’ Settembru 2022, fil-pjazza tal-Kortil tal-Granmastru. 

Fost l-artisti li ha jkunu qed joffru spettaklu b’xejn, insibu lil The Travellers, The Busker, kif ukoll lil Kevin Paul Calleja. 

M’hemmx x’wieħed x’jistaqsi fuq il-lineup ta’ dan il-kunċert għax l-artisti imsemmija aktar qabel huma rinomati mal-udjenza Maltija. Li hu żgur huwa li l-ispettaklu, l-ikel u x-xorb li se jkun provdut se joffri serata għall-familja kollha li mhux ta’ min jitilfu. 

Tkellimna mal-organizzaturi u stqarrew li l-attivitajiet wara l-pandemija reġgħu bdew jirrankaw sew u għalhekk ħassew li jorganizzaw attività għal kulħadd. Ma naqasx ir-ringrazzjament lil l-isponsors ewlenin fosthom il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li dejjem kien ta’ spalla biex attivitajiet bħal dawn ikunu jistgħu jiġu organizzati.

“Aħna inħeġġukhom biex tagħmlu like u share il-paġna uffiċjali ta’ Venti Music Fest u min jista jattendi zgur mhux ha jiddispjaċih”, appellaw l-organizzaturi. 

Sport