Sar magħruf li Manchester United ikunu lesti li jbiegħu lil Eric Bailly għal inqas minn £10 miljun matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf, b’Roma juru interess qawwi fid-difensur ċentrali.
Il-wasla riċenti ta’ Lisandro Martinez mingħand Ajax tfisser li Bailly aktarx ikun biss id-difensur ċentrali tal-ħames għażla f’Old Trafford l-istaġun li ġej, b’Raphael Varane, Harry Maguire u Victor Lindelof jidheru favooriri li jibdew mal-ewwel 11, filwaqt li Phil Jones kien preferut mill-player mill-Kosta ta-Ivorju fl-aħħar stadji tal-istaġun li għadda.
Bailly deher b’mod qawwi fit-tour tal-pre-season ta’ Manchester United fit-Tajlandja u l-Awstralja, li rahom jilagħbu kontra kontra Liverpool, Melbourne Victory, Crystal Palace u Aston Villa.