Manchester United m’għandhom l-ebda pjan li jaħtru lil Cristiano Ronaldo bħala l-captain tal-club, skond il-manager temporanju Ralf Rangnick.
Il-winger ħareġ pubblikament din il-ġimgħa hekk kif ikkritika l-mentalità tal-iskwadra, u ħeġġeġ lir-Red Devils biex jagħmlu aktar sabiex jispiċċaw mal-ewwel tlieta.
Madankollu, bidla waħda li mhux se tkun qed isseħħ hija fil-captaincy, hekk kif il-manager ta’ Manchester United għamilha ċara li mhux se jneħħi lil Harry Maguire.
“Bħalissa, ma narax raġuni biex nagħmel dan għaliex Harry kien il-captain s’issa, u sakemm Harry ikun qed jilgħab hu jkun il-captain. U jekk ma jkunx qed jilgħab allura xi ħadd ieħor ikollu jkun il-captain,” qal Rangnick.
Manchester United se jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar is-Sibt meta jiltaqgħu kontra Aston Villa fil-Premier League.