Wednesday, April 24, 2024

Real Madrid iħejju offerta għad-difensur ċentrali Ronald Araujo

Aqra wkoll

Real Madrid qed iħejju offerta għad-difensur ċentrali ta’ Barcelona, Ronald Araujo.

L-internazzjonali Urugwajan kien f’forma impressjonanti għall-ġganti Katalani matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 22 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi l-120 minuta sħaħ tas-semi-finali tas-Super Cup Spanjola kontra l-Los Blancos il-ġimgħa li għaddiet b’idu miksura.

Araujo daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou, madankollu, u huwa mifhum li ż-żewġ partijiet qed ibatu biex jaslu għal ftehim dwar estensjoni.

Real Madrid qed iżommu ħarsithom fuq is-sitwazzjoni u qed ifasslu offerta għall-player mill-Amerika t’Isfel bit-tama li jġibuh fil-Bernabeu.

Barcelona setgħu jagħtu spinta lill-iskwadra tagħhom bil-wasla ta’ Ferran Torres dan ix-xahar, iżda l-club għadu qed ibati finanzjarjament u jeħtieġ li jċedi xi players biex itaffi l-problemi finanzjarji tiegħu.

Araujo – marbut ukoll ma’ Manchester United, Liverpool u Chelsea – għamel 61 dehra mat-team attwali tiegħu minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Boston River fl-2018.

Sport