Saturday, May 4, 2024

Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti s-Siġġiewi u Mitsubishi ASX, misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Gżira.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport