Tuesday, May 14, 2024

Manchester United se jħallu lil Cristiano Ronaldo jitlaq … iżda min iridu?

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Manchester United, Erik ten Hag, għamel U-turn hekk kif issa ddeċieda li se jħalli lill-attakkant Portugiż, Cristiano Ronaldo, jitlaq mill-club.

Għall-bidu l-coach Olandiż beda jwebbes rasu u saħaq li Ronaldo ma kienx se jiċċaqlaq minn Old Trafford.

Iżda l-attitudni tal-player ta’ 38 sena niżlet fl-agħar livelli u għaldaqstant ten Hag ma kellux triq oħra ħlief li jċedi.

Iżda l-problema hija li l-ebda club ma jrid jiffirmah miegħu minħabba s-salarju li qed jitlob. L-aħħar żewġ clubs li rrifjutawh kienu dawk Taljani, Milan u Inter.

Sport