Inter qed ifittxu sabiex isaħħu d-dipartiment difensiv hekk kif id-diriġenti tal-klabb qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw lil Manuel Akanji mingħand Borussia Dortmund. Dan il-player għandu 27 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Żvizzera. Hu ilu mat-tim minn Dortmund sa mis-sena 2018 fejn skorja 4 gowls f’119-il partita.
Wara l-ewwel partita tal-kampjonat kontra Lecce, li Inter rebħu b’mod drammatiku 2-1, Inzaghi nduna li jrid isaħħaħ id-difiża u avża lid-diriġenti tal-klabb sabiex imorru għal Akanji.