Il-kowċ Ġermaniż Hansi Flick jinsab anzjuż biex jara l-kundizzjoni fiżika tal-gowlkiper ta’ esperjenza Manuel Neuer li weġġa tliet ġimgħat ilu fi spalltu. Hekk kif reġa’ tħarreġ ma’ sħabu ta’ Bayern Munich, inċident ieħor sfortunat kellu jerġa’ jwaqqfu milli jkompli jilgħab meta reġa’ laqat l-istess spalla l-leminija.
Hekk kif fadal ftit iktar minn tliet ġimgħat għall-bidu tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, Flick qed jittama li Neuer ikun parti mill-iskwadra u jirkupra fil-ħin sabiex jagħżlu fl-iskwadra ta’ 23 plejer.
Neuer deher imbikkem wara dan it-tieni inċident f’xahar u bħal Flick qed jittama li kapaċi jagħmilha għall-Qatar.