Friday, July 24, 2026
Home Sport Andy Murray eliminat mill-ATP Swiss Indoor

Andy Murray eliminat mill-ATP Swiss Indoor

0
621

It-tennista Andy Murray ġie eliminat mit-turnament indoor tal-ATP li qed isir fl-Iżvizzera wara li tilef iż-żewġ sets li lagħab kontra Roberto Bautista Agut.

Murray tilef 6-3, 6-2 kontra t-tennista Spanjol li kien ferm motivat tul il-partita kollha. Issa fil-kwarti tal-finali Bautista se jkun qed jaffaċċja lil Brandon Nakashima jew Stan Wawrinka li se jkunu qed jilagħbu aktar tard illum.