Saturday, May 18, 2024

Senol Gunes il-kowċ il-ġdid ta’ Besiktas

Aqra wkoll

Hekk kif Besiktas neħħew lill-kowċ Franċiż Valerien Ismael li xolja l-kuntratt li kellu, huma diġa’ jidher li sabu s-sostitut denju għalih. Fil-fatt l-ogħla awtoritajiet ta’ Besiktas avviċinaw lill-eks kowċ tat-tim nazzjonali Tork Senol Gunes. Dan tal-aħħar se jkun qed jaċċetta l-offerta tad-diriġenti Torok sabiex jerġa’ jirritorna fit-tmun tat-tim wara li diġa’ għamel dan bejn is-snin 2015 u 2019.

Besiktas jinsabu fil-ħames post tal-klassifika u jinsabu erba’ punti bogħod mil-liders Fenerbache.

Sport