Sunday, May 5, 2024

“Atmosfera ta’ ferħ li tirrifletti lilek għażiża … inħobbok ħafna”

Tingħata l-aħħar tislima lil Marie Claire

Aqra wkoll

Folla numeruża lbieraħ inġabret fil-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta biex issellem il-memorja ta’ Marie Claire.

Madwar 600 persuna huma stmati li kienu preżenti biex iċċelebraw tislima li skont persuna presenti ddeskriviet bħala waħda li kienet tirifletti lil Marie Claire. 

“Kien hemm atmosfera ferriħija li tirrifletti lilek għażiża Marie Claire. Ma kienx hemm persuna li ma niżlitilhiex demgħa. Grazzi tal-memorji kollha sbieħ li kellna flimkien u ma nistax ma nsemmix l-imħabba li kellek għar-raġel tiegħek, imħabba veru bbażata fuq Alla u li kulħadd jixtieq ikollu bħala. Nitolbok biss li tħallini nimxi fuq il-passi tiegħek… Inħobbok ħafna”, qalet din il-persuna.

Min-naħa tiegħu żewġha Aldo Lombardi qal li se jibqa’ jħobbha sal-aħħar nifs u li sadanittant se jibqa’ jgħożż il-memorji sbieħ ta’ 23 sena flimkien. Huwa rringrazzja lil dawk kollha involuti fiċ-ċelebrazzjoni, inklużi diversi uffiċjali mid-dipartiment tal-LESA.

Marie Claire hija l-mara li tilfet ħajjitha f’inċident bil-mutur fir-Rabat is-Sibt li għadda. Hija ttieħdet lejn l-Isptar b’urġenza wara li tilfet il-kontroll kawża ta’ xi materjal li kien hemm fl-art u tkaxkret għal xi metri. Sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei.

Sport