Fi Franza kollox jinsab lest biex jinħareġ manwal lill-familji madwar il-pajjiż kollu, liema manwal juri kif iċ-ċittadini għandu jirrispondu u jilqgħu għal invażjoni jew kwalunkwe ‘theddida imminenti’ oħra inkluż theddida nuklejari.

Il-manwal li fih għoxrin paġna, jidher li fih 63 miżura, u se jagħti pariri lill-Franċiżi dwar kif jipproteġu lilhom infushom u lill-familji tagħhom f’każ ta’ kunflitt armat, diżastri naturali, inċidenti industrijali jew saħansitra theddida nukleari.