Saturday, December 21, 2024

Mapfre Euromed International Regatta – Tkompli l-azzjoni fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Il-flotta tal-Mapfre Euromed International Regatta llum reġgħet lura fl-ilma, wara li lbieraħ kellha tqatta’ l-ġurnata fuq ix-xatt minħabba l-kundizzjonijiet ħziena fil-Bajja tal-Mellieħa.

It-temp tal-lum patta għad-diżappunt tal-bieraħ bil-flotta tal-Optimist Senior tikkompeti fi tliet tlielea u l-flotta tal-Beginners tnejn. Il-flotot tal-Laser tellgħu total ta’ ħames tiġrijiet f’kundizzjonijiet li raw ir-riħ b’raffa ta’ bejn 16 u 20 mil-nawtiku fis-siegħa u mbatt moderat.

Klassi Optimist

It-tielet u l-aħħar tiġrija tal-ġurnata, rat kompetizzjoni kbira għall-Klassi tas-Seniors. L-aħħar tellieqa bdiet wara erba’ tentattivi hekk kif il-65 dgħajsa fil-flotta  għamlu li segħtu biex jiksbu bidu tajjeb. L-aħħar tellieqa intrebħet minn Emily Fenech.

Il-leaderboard tal-ġurnata lil Jonas Micallef u Timmy Vassallo b’l-istess puntegg. Fl-ewwel ġurnata, Micallef spiċċa fit-tielet post iżda l-wirja tal-lum rawh jitla’ fil-quċċata. Vassallo jżomm it-tieni post tiegħu filwaqt li Yahav Geva, mill-Israel kiseb it-tielet post.

Fil-Klassi tal-Beginners, Jacob Carl Delia tela fl-ewwel post, b’żewġ punti vantaġġ fuq Michael Cremona u  Timothy De Cesare li għandom l-istess puntegg fit-tieni u tielet post.

Klassi ILCA

Il-Klassi ILCA rnexxielha daħħal ħames tiġrijiet, li rriżultaw f’Shaun Aquilina u Dimitris Vertsonis fuq quddiem taż-żewġ Klassijiet.

Shaun Aquilina, fil- Klassi 4 rebaħ it-tiġrijiet kollha. Fit-tieni post hemm Benjamin Vassallo, li kellu wkoll wirja konsistenti. Vassallo kklassifika fit-tieni post fit-tiġrijiet kollha tal-ġurnata. Vassallo hu segwit mill-Kanadiż Carlos Charabati li żamm it-tielet post.

Sadanittant fi Klassi 6,  Matthew Flores zamm postu fuq quddiem, filwaqt li Jean Paul Zahra kiseb it-tieni post. Dimitris Vertsonis kellu ġurnata tajba ħafna, li għamlet tajjeb għad-diżappunt fl-ewwel ġurnata minħabba arblu miksur. Vertsonis rebaħ it-tiġrijiet kollha biex kiseb it-tielet post.

Ir-riżultati tal-lum huma proviżorji u r-riżultati finali se jiġu ppubblikati ladarba t-tiġrijiet kollha jkunu tlestew għada.

Il-Mapfre Euromed International Regatta hija ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt il-patroċinju tal-Malta Sailing Federation. L-avveniment huwa appoġġjat minn Yachting Malta. L-aħħar ġurnata tat-tiġrijiet issir għada t-Tlieta 21 ta’ Diċembru mis-1030hrs ’il quddiem

Ekonomija

Sport