Saturday, May 18, 2024

MAPFRE Malta ġġedded l-appoġġ għal Action for Breast Cancer Foundation

Aqra wkoll

Għall-ħames sena konsekuttiva,MAPFRE Malta ġedded l-impenn tagħha li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider permezz ta’ sħubija mal-għaqda lokali Action for Breast Cancer Foundation.

Din il-kollaborazzjoni għandha l-għan li żżid l-għarfien dwar l-importanza ta’ previżjoni u dijanjosi bikrija tal-kanċer tas-sider. Il-fondazzjoni, mwaqqfa minn Helen Muscat u Esther Sant, hija iddedikata li tipprovdi appoġġ lil-individwi li qed jiġġieldu mal-marda tal-kanċer tas-sider, u tagħmel dan permezz ta’ xogħol biex titqajjem kuxjenza, kif ukoll ġbir ta’ fondi.

MAPFRE Malta tirrikonoxxi l-ħidma kruċjali ta’ din il-fondazzjoni, u toffri l-appoġġ tagħha lejn din il-kawża. MAPFRE Malta integrat il-lewn roża, il-kulur simboliku assoċjat mal-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, fuq il-websajt tagħha u l-profil tal-midja soċjali.

Ana Cristina Zammit Munro, Uffiċjal Kap tal-Marketing ta’ MAPFRE, esprimiet apprezzament għall-impenn tal-Fondazzjoni, u stqarret, “Aħna onorati li nikkollaboraw għal darb’oħra mal-Action for Breast Cancer Foundation. Id-dedikazzjoni tagħhom isservi bħala ispirazzjoni għalina u għal bosta.”

Il-kanċer tas-sider jibqa’ l-aktar forma prevalenti ta’ kanċer fost in-nisa, u Malta għandha rati għoljin ta’ inċidenza fl-Ewropa. Waqt li tirrikonoxxi s-sinifikat tad-dijanjosi bikrija, MAPFRE Malta qed tkopri l-ispejjeż ta’ screening tas-sider għal 186 mara fi ħdan il-kumpanija, u tenfasizza l-importanza ta’ mammograms u eżamijiet li wieħed jista’ jagħmel fuqu nnifsu.

Filwaqt li tħeġġeġ lin-nisa jiċċekkjaw lilhom nfushom b’mod regolari, u jfittxu parir mediku għal kwalunkwe bidla li jaraw, MAPFRE Malta tenfasizza l-valur tal-mammograms, li jistgħu jiskopru sintomi sottili li ma jidhrux b’mod ieħor.

Fi ħdan il-grupp MAPFRE, din il-sena, 26 pajjiż ingħaqdu biex jqajmu kuxjenza fost l-impjegati. Barra min hekk, il-klabb soċjali tal-kumpanija offra deżerta roża għal-donazzjoni, waqt li ikkontribwixxa donazzjoni addizzjonali għall-kawża.

Dawn l-inizjattivi kontinwi huma parti mill-mudell MAPFRE Healthy Company, fejn il-kumpanija tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tas-saħħa fiżika u mentali tal-impjegati u l-familji tagħhom.

Sport