Monday, May 13, 2024

Ir-Royal Navy tibgħat it-tieni vapur tal-gwerra fil-Golf

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit se jibgħat wieħed mill-aktar bastimenti letali tal-gwerra lejn il-Golf Għarbi sabiex jiskoraġġixxi theddid dejjem jikber għat-tbaħħir mill-Iran u gruppi appoġġjati minnu wara l-gwerra ta’ Iżrael kontra l-Ħamas.

Il-bastimnt HMS Diamond li huwa t-tieni wieħed li qed jintbagħat lejn il-Golf huwa destroyer tat-Tip 45 u diġa jinsab fi triqtu biex jingħaqad mal-frejgata HMS Lancaster.

Barra minn hekk, task force mmexxija mir-Renju Unit dalwaqt tibda tagħmel rondi mill-Kanal Ingliż sal-Baħar Baltiku, biex tipproteġi l-kejbils kritiċi li huma taħt il-baħar fl-Ewropa.

L-HMS Lancaster ilu stazzjonat fil-Golf mis-sena li għaddiet. Intbagħat hemm flimkien ma tliet mine sweepers tar-Royal Navy. Biż-żieda tad-destroyer HMS Diamond se tissaħħaħ id-deterrenza fir-reġjun fi żmien perikoluż.

Skont is-Segretarju tad-Difiża Ingliż, Grant Sharps, huwa kritiku għar-Renju Unit li jsaħħaħ il-preżenza tiegħu fir-reġjun tal-Golf biex iżomm lill-Gran Brittanja u l-interessi tagħha sikuri minn dinja aktar volatili u kkontestata. Speċifikament, qed jintbagħat ukoll messaġġ ċar lill-Iran u lill-prokuri tiegħu.

Il-gwerra ta’ Iżrael f’Gaza diġà qanqlet rispons mill-Hezbollah fil-Libanu kif ukoll mir-ribelli Houthi fil-Jemen għalkemm għadu mhux fuq l-iskala li l-kienet qed tiġi mbassra qabel.

L-Istati Uniti saħħet l-impronta navali tagħha fir-reġjun ftit wara l-attakki fuq Iżrael mmexxija mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru. Dakinhar, minbarra bastimenti li bagħtet fil-Lvant ta’ Suez, l-Istati Uniti poġġiet ukoll għal-lest it-tieni aircraft carrier fil-Lvant tal-Mediterran.

Destroyer Amerikan fil-Baħar l-Aħmar diġà interċetta missili u drones irrapportati li tnedew mir-ribelli Houthi fil-Jemen. Dawn ir-ribelli li kienu qed jiffastidjaw ukoll it-tbaħħir kummerċjali fir-reġjun, ħatfu l-bastiment tal-merkanzija MV Galaxy Leader u ppruvaw jaħtfu ieħor.

Sport