Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ MAPFRE Middlsea plc, il-kontijiet għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2021 u r-rapporti tad-Diretturi u l-Awdituri ġew approvati, filwaqt li d-dividend gross finali ta’ €0.0304012 għal kull sehem kif rakkomandat mill-Bord tad-Diretturi kien dikjarat lill-azzjonisti.
Il-Kap Eżekuttiv Javier Moreno qal ” għalkemm l-inċertezza qatt mhi tajba għan-negozju, il-prestazzjoni finanzjarja eċċellenti tagħna tirrifletti l-isforzi tat-timijiet kollha, kif ukoll dawk tal-intermedjarji u l-imsieħba strateġiċi tagħna.” Il-primjums miktuba jammontaw għal €405 miljun, bi tkabbir sinifikanti kemm fin-negozju fit-tul kif ukoll f’dawk mhux relatati ma’ assigurazzjoni tal-ħajja. Il-Profitt qabel it-taxxa ta’ €20.4 miljun kien ftit inqas mill-profitti eċċezzjonali fl-2020.
Meta tkellem dwar il-punti ewlenin f’termini ta’ prodotti ġodda, Il-Kap Eżekuttiv semma li l-kumpanija nediet polza innovattiva fuq vetturi elettriċi, offerti aktar relevanti u sempliċi għal- intrapriżi żgħar u medji, filwaqt li introduċiet il-kopertura tal-COVID fil-poloz tal-ivvjaġġar. “Mingħajr dubju, MAPFRE Middlesea għandha l-iktar kopertura wiesa’ ta soluzzjonijiet li jippermettu lill-intermedjarji tagħna dejjem jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ kull familja u kull kumpanija,” hu qal.
Il-Kap Eżekuttiv spjega li l-protezzjoni tar-riassigurazzjoni offruta minn MAPFRE RE,
il-kumpanija tar-riassigurazzjoni tal-Grupp MAPFRE, tipprovdi kopertura għal telf sinifikanti u tiżgura li s-solvenza tal-kumpanija ma tiġix affettwata minn sitwazzjonijiet bħal dawn.
Matul il-preżentazzjoni, Javier Moreno enfasizza li MAPFRE MSV Life kisbet riżultat finanzjarju pożittiv ħafna, li irriżulta fl-allokazzjoni ta’ Bonus Regolari ta’ 2% li jkompli joffri l-aktar firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet ta’ protezzjoni, tfaddil u rtirar fis-suq.
Huwa ikkonkluda l-preżentazzjoni tiegħu billi qal li MAPFRE hija kumpanija kommessa għal-
preżenza soċjali tagħha u jemmen li l-iżvilupp tan-negozju jinvolvi wkoll impenn soċjali, ambjentali u ta’ governanza biex jipproteġi l-wirt mogħti lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.
Is-Sur José Ramon Alegre, is-Sinjura Antoinette Caruana, Dr Gordon Cordina, is-Sur Martin Galea, is-Sur José Luis Jiménez, is-Sur José Maria del Pozo, is-Sur Etienne Sciberras, Dr Robert Suban u s-Sur Paul Testaferrata Moroni Viani nħatru bħala diretturi fil-Bord tad-Diretturi.
Iċ-Chairman irringrazzja lis-Sur Joseph F.X. Zahra, lis-Sur Taddeo Scerri u lis-Sur John Cassar White, li ma fittxewx il-ħatra mill-ġdid bħala Diretturi, għall-kontribut tagħhom lill-Kumpanija matul dawn l-aħħar snin.
Il-ħatriet ta’ Dr Gordon Cordina, is-Sur Etienne Sciberras u Dr Robert Suban huma soġġetti għal approvazzjoni regolatorja u l-ħatra tagħhom se ssir effettiva mid-data tat-tali approvazzjoni.
Fil-Laqgħa tal-Bord imlaqqa’ immedjatament wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali, is-Sur Martin Galea nħatar President tal-Bord tad-Diretturi ta’ MAPFRE Middlesea plc.