Wednesday, December 25, 2024

MAPFRE se tagħti €5 miljun lill-Kunsill Nazzjonali Spanjol tar-Riċerka għall-investigazzjoni dwar COVID-19

Aqra wkoll

Donazzjoni bil-għan li titħaffef ir-riċerka fi Spanja b’mod speċjali l-investigazzjonijiet relatati mal-COVID-19

• L-appoġġ ta’ MAPFRE se jippermetti l-attivazzjoni ta’ linji ta’ riċerki ġodda relatati ma’ din il-pandemija, biex tiffaċilita l-introduzzjoni ta’ tilqima fil-futur qarib

• Din id-donazzjoni hija parti minn sett ta’ azzjonijiet li MAPFRE qed timplimenta biex tipproteġi s- soċjetà, l-ekonomija u l-impjiegi, u tgħin tegħleb din il-kriżi.

• Fl-2002,Is-CSIC ta’ Spanja kien strumentali għall-kisba tat-tilqima l-ġlieda kontra s-SARS

• Din tiġġenera 20% tal-produzzjoni xjentifika nazzjonali ta’ Spanja, u hija responsabbli għal 45% tal-privattivi mitluba mis-settur pubbliku fi Spanja.

MAPFRE se tagħti ħames miljun ewro lill-Kunsill Nazzjonali ta’ Riċerka Spanjola (CSIC) bl-għan li titħaffef ir-riċerka fi Spanja u, b’mod speċjali, investigazzjonijiet relatati ma’ COVID-19. Il-kontribuzzjoni se tippermetti studju komprensiv dwar din il-pandemija, u tippermetti aktar għarfien dwar il-virus u l-mekkaniżmi ta’ trasmissjoni tiegħu, waqt li tgħin biex tinstab tilqima malajr, waqt li jkun hemm bażi xjentifika biex tipproteġi aħjar il-popolazzjoni kontra pandemiċi futuri.

Din l-azzjoni hija parti mill-istrateġija ta’ MAPFRE kontra COVID-19, u ibbażata fuq tliet linji ta’ azzjoni: li tipproteġi n-nies, tissalvagwardja l-attività ekonomika, speċjalment l-impjieg, u tgħin lis-soċjetà tegħleb l-impatt fuq medda ta’ żmien.

Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Bijoteknoloġija (CNB) tas-CSIC kien pijunier importanti biex inkisbet it-tilqima kontra SARS fl-2002.

“Il-kumpaniji iridu wkoll ikollhom rwol importanti li jipparteċipaw fil-ġlieda kontra din il-pandemija,” qal Antonio Huertas, president ta’ MAPFRE. “F’dawn iż-żminijiet irridu nieħdu passi sodi li jgħinu lis-soċjetà tegħleb din is-sitwazzjoni straordinarja, u tikkontribwixxi biex noħorġu minn din il-kriżi bl-inqas impatt possibbli. Aħna kburin ħafna li nistgħu nikkontribwixxu għar-riċerka li qed titmexxa minn CSIC, u nittamaw li aktar kumpaniji jingħaqdu f’dan l-isforz biex tinstab t-tilqima li d-dinja tant għandha bżonn.

MAPFRE tixtieq ukoll tirrikkonoxxi l-ħidma ta’ xjenzati u riċerkaturi mhux biss f’dawn iż-żminijiet, izda b’mod ġenerali, għall-progress tas- soċjetà.

Rosa Menéndez, il-president tas-CSIC, stqarret li “din id-donazzjoni tgħin biex ikun hemm spinta konsiderovoli fix-xogħol tas-CSIC. Aħna diġà qegħdin naħdmu qattiegħ kontra din il-pandemija, iżda qed naħdmu wkoll fuq 50 proġett li jindirizzaw flimkien l-isfida maħluqa mill-pandemija. Dawn huma proġetti li jvarjaw li jippruvaw jifhmu t-tixrid tal-marda. L-appoġġ ta’ MAPFRE jippermetti li navvanzaw f’dawn il-proġetti. “

Id-donazzjoni se ssir permezz tal-Fondazzjoni MAPFRE, b’effett immedjat. Din il-fondazzjoni hija entità li ma tagħmilx profitt li ilha taħdem għall-benefiċċju tas-soċjetà għal aktar minn 45 sena, permezz ta’ azzjonijiet soċjali mmirati lejn gruppi vulnerabbli.

Il-Grupp MAPFRE se jkompli jaħdem fuq pjan ta’ azzjoni wiesa’ kontra l-coronavirus fil-pajjiżi kollha fejn huwa preżenti. Minbarra l-implimentazzjoni ta’ teleworking, il- Grupp qed qed jintroduċi miżuri ta’ protezzjoni massimi għall-impjegati, il-kollaboraturi u l-klijenti. Bl-istess mod, il-kumpanija għadha kemm ħabbret sett ta’ miżuri fi Spanja, li jiswew 30 miljun euro, biex jipproteġu l-attività ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u intrapriżi żgħar u medji matul iż-żmien ta’ din il-kriżi. MAPFRE se tagħti skont fil-poloz tagħha lil dawk il-kumpaniji l-aktar milquta.

Ekonomija

Sport