Sunday, December 22, 2024

Mara Afgana twelled abbord titjira ta’ evakwazzjoni lejn ir-Renju Unit

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara Afgana welldet tifla abbord titjira ta’ evakwazzjoni lejn ir-Renju Unit. 

Wara li t-Taliban ħadu l-kontroll tal-Afganistan, għadd ta’ nies ippruvaw jaħarbu minn dak li ħafna qed jibżgħu li se jkun reġim brutali.

Fost dawk li telqu mill-pajjiż, kien hemm Soman Noori, mara ta’ 26 sena, flimkien mar-raġel tagħha Taj Moh Hammat u ż-żewġt itfal tagħhom.

Huma rnexxielhom jitilgħu fuq titjira tat-Turkish Airlines li kienet sejra lejn Birmirgham u Soman Noori welldet fuq din it-titjira.

Abbord din it-titjira ma kienx hemm staff mediku u għalhekk kellhom ikunu l-membri tal-ekwipaġġ li kienu fuq it-titjira biex jgħinu lill-mara twelled it-tielet tarbija tal-familja.

It-titjira kienet telqet minn Kabul u waqfet f’Dubaj qabel ma kienet suppost li tinżel ġewwa Birmingham. Madanakollu wara t-twelid tat-tarbija, il-pilota ddeċieda li jinżel ġewwa Kuwait  bħala prekawzjoni qabel ma t-titjira kompliet fit-triq tagħha lejn Birmingham.

Skont stqarrija maħruġa mit-Turkish Airlines, kemm l-omm kif ukoll it-tifla jinsabu b’saħħithom. It-tifla ngħatat l-isem ta’ Havva, li bl-Ingliż tfisser Eve.

Nhar is-Sibt filgħodu, din il-familja, flimkien mal-bqija tal-passiġġieri, niżlu mingħajr periklu f’Birmingham.

Ritratt: PA

Ekonomija

Sport