Saturday, December 21, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Mara ta’ 52 sena residenti l-Ħamrun tinsab bi ġrieħi gravi wara li aktar kmieni filgħodu, għall-ħabta tal-10:15 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Sant Andrija, f’Ħal Luqa 

Minn stħarriġ preliminari irriżulta li mara kienet intlaqtet karozza tat-tip Citroen C1 li kienet qed tinstaq minn raġel Indjan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar

Fil-post issejħet minnufih ambulanza u tim mediku biex il-mara ngħatat l-għajnuna neċessarja sakemm hija setgħet tittieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport