Wednesday, October 9, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara mpatt ma’ vettura

Aqra wkoll

Mara ta’ 31 sena, residenti l-Gżira ittieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq. 

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq u hemm persuna feruta. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet kollużjoni bejn vettura tat-tip Peugeot 107 misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti ż-Żurrieq stess u mutur tat-tip Yamaha YZFR1 misjuq mill-mara ta’ 31 sena. 

Ix-xufier tal-mutur ittieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żurrieq għadhom għaddejjin

Sport