Mara qiegħda ssofri minn ġrieħi serji filwaqt li raġel weġġa’ gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 p.m., fi Vjal l-Istadium Nazzjonali.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti l-Imtarfa u Renault Arkana misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Wied il-Għajn. Miegħu kellu passiġġier, tifel ta’ 11-il sena ukoll minn Wied il-Għajn.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi fejn ħadu lit-tliet peruni l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, il-mara giet iċċertifikata bi ġrieħi serji filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi gravi.
Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.


