Mara Maltija ta’ 55 sena titlef ħajjitha f’inċident tat-traffiku fi Sqallija

Aqra wkoll

Mara Maltija ta’ 55 sena tilfet ħajjitha s-Sibt wara nofsinhar f’inċident tat-traffiku f’Modica, fi Sqallija.

Skont rapport tat-Times of Malta, li kkwota lill-midja Taljana, l-inċident seħħ fit-triq statali 194, qrib iż-żona kostali ta’ Maganuco, fil-provinċja ta’ Ragusa, meta l-karozza li kienet qed tivvjaġġa fiha l-mara kienet involuta f’ħabta ma’ trakk bit-trejler.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-pumpiera, li wettqu operazzjoni biex joħorġu lill-mara mill-karozza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tistabbilixxi l-kawża tal-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport