Saturday, December 21, 2024

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li folji tal-gypsum waqgħu fuqha

Aqra wkoll

Mara ta’ 46 sena residenti Marsaskala, issofri ġrieħi gravi waqt inċident li ġara ġewwa residenza. 

Kienu għall-ħabta tas-1:15 p.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza li tinsab fi Triq il-Granmastri, f’Marsaskala. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li numru ta’ folji tal-gypsum boards waqgħu fuq il-mara meta marret biex tressaqhom u sofriet xi ġrieħi. 

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Aktar tard hi ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar assistenza medika fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

Ekonomija

Sport