Saturday, April 20, 2024

Silvio Parnis b’numru ta’ kjarifiki b’rabta mal-każi COVID-19 fid-djar tal-anzjani

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanita Attivà u Persuni b’Diżabilità Silvio Parnis, assiguraw lill-qraba li qed jittieħdu l-passi kollha meħtiega fil-homes kollha. Parnis kien qiegħed jitkellem fid-dawl tan-numri ġodda ta’ każi tal-imxija COVID-19 f’numru ta’ djar tal-anzjani f’Malta. Huwa żied jassigura li qieghed f’kuntatt mal-Health u anki mal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari irrimarka li fil-każ tal-Fgura home ġie swabbed kulħadd u se joħorġu r-riżultati fil-ġranet li ġejjin. Parnis aċċerta li dawk li huma bil-COVID-19 huma separati minn mar-residenti l-oħra. Fid-dawl tal-ilmenti li xi qraba tal-anzjani mhux jaqbdu fgura home meta jċemplu, Parnis spjega li dan għaliex il-linji telefoniċi huma kollha okkupati.

Finalment, Parnis kkonkluda jappella lill-homes biex jużaw Skype biex l-anzjani jikkomunikaw mal-qraba.

Total ta’ 10,000 swab test fost ir-residenti anzjani u l-ħaddiema fid-djar tal-anzjani

Minn Ġunju tal-2020, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali bdiet taħdem mal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jibda jsir l-eżerċizzju tal-ongoing swabbing fid-djar tal-anzjani. Sal-lum, permezz ta’ dan l-eżerċizzju saru mal-10,000 swab kemm fost ir-residenti u anke lill-istaff li jaħdmu fid-djar residenzjali.

Ta’ min wieħed jispjega li meta jiġi identifikat każ pożittiv, mill-ewwel tiskatta l-proċedura tal-contact tracing u jsir l-iswabbing skont il-protokol tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. L-Awtorità spjegat li hekk kif ġara f’każi oħra, ir-residenti u l-istaff fid-dar residenzjali tal-Fgura ġew swabbed kollha.

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali qalet li tinsab kommessa li tkompli tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti kollha fid-djar tal-anzjani u se tkompli dejjem iżżid in-numru ta’ swabs li jsiru kuljum, bl-assistenza tal-Ministeru tas-Saħħa u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Sport