Tuesday, May 14, 2024

Mara ta’ 46 sena fost tlieta li mietu waqt li kienu pożittivi fl-aħħar sigħat

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt feġġew 392 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li kien hemm 115 oħra li kienu dikjarati mfejqa mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdied għal 3,864.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 630 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet nisa ta’ 46 sena, 86 sena u 91 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 77 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, bi tliet persuni minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,255,082 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 349,769 kienu dożi tal-booster.

Sport