Mara tilfet ħajjitha wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:15 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.
Minn stħarriġ illi sar rriżulta li mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, intlaqtet minn mutur Kymco, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza iżda ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.