Raġel u mara kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali għall-ħabta tas-6:30 p.m. minħabba li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel Taljan ta’ 29 sena, li kien qiegħed isuq quadbike u miegħu kellu mara Taljana ta’ 29 sena bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.