Wednesday, March 27, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Gżira

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar ibieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-07:00 p.m., wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, il-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Olandiż ta’ 21 sena, intlaqat minn Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn Sirjan ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport