Saturday, November 14, 2026
Home Sport Mgarr United megħluba minn Lazio f’partita ta’ ħbiberija 

Mgarr United megħluba minn Lazio f’partita ta’ ħbiberija 

0
34

Mgarr United tilfu bl-iskor ta’ 3-0 kontra Lazio, it-team tal-kampjonat Taljan Serie A, f’partita ta’ ħbiberija prestiġjuża li ntlagħbet is-Sibt, fl-iStadio Mirko Fersini f’Formello.

It-team immexxi minn Andrea Agostinelli sab ruħu minn taħt fil-31 minuta meta Matteo Cancellieri fetaħ l-iskor għal Lazio. Ħames minuti wara, Diogo Leite rdoppja l-vantaġġ tat-team Taljan biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0.

Sitt minuti wara l-ftuħ tat-tieni taqsima, Nicolo Rovella skorja t-tielet goal għal Lazio biex issiġilla r-rebħa tat-team Taljan bl-iskor ta’ 3-0.

Lazio: Edoardo Motta (68’ Davide Renzetti); Diogo Leite (46’ Ricardo Bordon), Danilo Doekhi (68’ Filipe Bordon), Nicolò Rovella (68’ Valerio Farcomeni), Andrea Pinamonti (75’ Flavio Sulejmani), Matteo Cancellieri (68’ Tommaso Montano), Alfonso Pedraza (46’ Luca Pellegrini), Adrian Przyborek (75’ Mattia Santagostino), Manuel Lazzari (68’ Romano Floriani Mussolini), Danilo Cataldi (75’ Matteo Morelli), Albert Gudmundsson (46’ Federico Serra).

Mgarr U.: Miguel Chetcuti (68’ Niklas Vella); Azriel Borg (46’ Matthew Mifsud), Bjorn Buhagiar (62’ Denzil Muscat), Giovanni D’Aprile, Ivin Farrugia, Kyle Gatt (62’ Kian Vella), Wisdom Osaretin Igiebor (62’ Anietie Austin Bassay, 77’ Jesus Yepes Morlets), Rayvian Ginio Job (46’ Philip Grady Bindia), Neil Pace Cocks (46’ Owen Magro), Daniel Sant (62’ Drew Sammut), Pascal Kosisochukwu Maduka (46’ Sean Agius).

Referee: Alessandro Colelli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here