Friday, November 22, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku l-Imqabba

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-mara li lbieraħ kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba ġiet iċċertifikati li sofriet ġrieħi gravi.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-inċident seħħ bejn Daihatsu Terios misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Raħal Ġdid, u Forklifter misjuq minn raġel ta’ 31 sena u joqgħod l-Imqabba.

Fid-Daihatsu, kien hemm ukoll tliet passiġġiera, raġel minn Kuba ta’ 21 sena u jgħix l-Imqabba kif ukoll tliet subien ta’ 9, 7 u 4 snin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet il-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Ħidma konġunta biex tinħareġ mara li nqabdet f’karozza wara ħabta ma’ forklifter

Mara spiċċat maqbuda f’karozza wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-6:10 p.m kienet involuta f’inċident fi triq il-Belt fl-Imqabba.

Minn stħarriġ preliminari li sar jidher li seħħet ħabta bejn karozza u forklifter bis-sewwieqa tal-karozza tispiċċa ssofri ġrieħi f’saqajha wara li l-paletti niffdu l-bieba tan-naħa tax-xufier.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-mara.

Fortunatament hija nħarġet b’ħidma kollettiva u ngħatat l-għajnuna medika fuq il-post sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar permezz ta’ ambulanza. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Sport