Thursday, April 25, 2024

“Qalitilna li kellha sitt itfal u ġabulna qalbna daqs tikka … fil-verità approfittat minna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem dan is-sit ippubblika messaġġ li fl-opinjoni tagħna kien wieħed pożittiv u ta’ min ixerrdu – għal-liema messaġġ irċevejna taħlita ta’ kummenti pożittivi u negattivi – fl-aħħar sigħat ġibdilna l-attenzjoni kok li m’għandux bżonn introduzzjoni anke minħabba programmi fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali.

Antoine magħruf aħjar bħala ċ-Ċavett qalilna li ra hu wkoll il-kummenti fil-konfront ta’ Daniel u qal li filwaqt li min għoġbu l-messaġġ seta’ qrah u min le seta’ jkompli jqalleb mingħajr ma jxerred mibegħda, hu kellu esperjenza simili li xtaq jaqsam biex ħaddieħor jitgħallem minnha.

“Aħna r-reklam nagħmluh bil-prodott li noffru u għalhekk m’hemmx għalfejn toqgħod issemmi minn fejn ħareġ l-ikel, però jiena u l-partner tiegħi fin-negozju din il-ġimgħa rċevejna talba ta’ ordni li qas tista’ tirrifjutaha. Kienet tgħid li għandha sitt itfal u li m’għandhiex x’titmagħhom. Mhux talli qbadna u għamilnielha xi ħaġa minn tagħna talli jien u sejjer bihom kien hemm supplier kif għadnielu offrielna kartuna bajd u mat-triq waqaft nixtrilhom dulliegħa u pakkett ilma wkoll”, kompla biex jgħidilna. Madanakollu huwa b’ton imħallat ta’ rabja u dispjaċir qalilna li meta wasal fil-post indikat intalab mill-mara biex tħalli l-affarijiet fil-lift u meta ra hekk assuma li min kienet bdiet tistħi u qabad u ħallihom kif qaltlu.

Ġara iżda li hu u ħiereġ xi ħadd ġibidlu l-attenzjoni li din ma kinitx l-ewwel darba li din il-persuna spiċċat abbużat mill-qalb tajba ta’ xi proxmu ieħor u li ma kienx minnu li kellha daqshekk tfal.

Huwa għalaq jappella lill-pubbliku inġenerali biex filwaqt li m’għandna qatt nirrifjutaw li ngħinu kif nistgħu lil xulxin, mhuwiex ġust li minħabba persuna li tabbuża mill-ġenerożità ta’ ħaddieħor kulħadd jispiċċa mitfuħ f’keffa waħda għax inkella bla ma trid tispiċċa tiddubita l-bżonn ta’ dawk li ġenwinament huma inqas ixxurtjati minna.

Sport