Mara weġġgħet gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 11:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Taħt Putirjal, ir-Rabat, Għawdex.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li mara ta’ 39 sena u residenti ż-Żebbuġ, Għawdex kienet intlaqtet minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Għajnsielem.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post sakemm hija setgħet tittieħdet lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.